Għal darb’oħra, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, huwa honorat li se jkun qiegħed jerġgħa jorganizza l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ fis-16 ta’ Settembru 2024!
Din l-attività tagħti opportunità unika liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex jesperjenzaw l-irwol ta’ membru parlamentari għal ġurnata u jitgħallmu l-proċeduri l-aktar bażiċi tal-Parlament Malti.
It-temi għal din is-sena huma:
– L-Irwol tal-President tar-Repubblika ta’ Malta
– Il-Legalizzazzjoni tal-Maternita’ Surrogata f’Malta
Matul is-sajf, iż-żgħażagħ ikollhom iċ-ċans jikkreaw riżoluzzjoni dwar temi magħżula minna sabiex eventwalment jippreżentawhom waqt seduta parlamentari lejn tmiem is-sajf
Wara li r-riżoluzzjonijiet jiġu maqbula mill-parteċipanti fis-seduta, dawn jigu ppreżentati lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppozizzioni.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għaż-Żgħażagħ ta’ bejn it-13 u it-30 sena.
No responses yet