"Dan l-omiċidju kien attakk dirett kontra d-dritt ta’ espressjoni ta' kull wieħed u waħda minna. L-ebda ġurnalist jew kwalunkwe ċittadin ieħor m’għandu jinqatel għal dak li jemmen fih." - KNŻ
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jixtieq iwassal is-sogħba tiegħu għall-mewt tal-ġurnalista u blogger, Daphne Caruana Galizia.
Dak li ġara l-bieraħ ma’ kienx biss omiċidju fuq il-persuna u l-familja tas-Sinjura Caruana Galizia, iżda serva ukoll bħala attakk terroristiku kontra s-soċjetà u kontra d-demokrazija f'pajjiżna. Dan l-omiċidju kien attakk dirett kontra d-dritt ta’ espressjoni ta' kull wieħed u waħda minna. L-ebda ġurnalist jew kwalunkwe ċittadin ieħor m’għandu jinqatel għal dak li jemmen fih.
Nixtiequ nappellaw lill-forzi politiċi f’pajjiżna biex ikunu responsabbli fi kliemhom u għemilhom u jikkoperaw flimkien. Bħala ċittadini għandna dritt inkunu nafu min kien responsabbli u x’kien il-mottiv ta’ dan l-omiċidju. Nemmnu ukoll li bħala żgħażagħ u ċittadini ta’ dan il-pajjiż, soffrejna biżżejjed mill-feriti tal-passat u ma’ jistħoqqilniex inbagħtu aktar għal dawn il-firdiet politiċi.
B’hekk, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jixtieq iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Caruana Galizia.

Follow Us Social networks