PRESS RELEASE 11.08.2018

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) this morning held a press conference outside the Maltese Parliament in Valletta and announced its intention to lobby the Maltese Government to ascertain that various methods are studied to give the necessary tools to citizens, especially youths, to critically evaluate Malta’s current affairs by means of democratic principles.

The press conference was called on the eve of International Youth Day and this year’s theme for this occasion is ‘safe spaces’. KNZ President Michael Piccinino emphasized that this theme should be tackled through education. Accordingly, he held that this is an opportunity for the competent authorities to endeavour to engage all stakeholders to discuss and propose new formal and non-formal components in the National Curriculum to address this current gap in our educational system through a consultative committee. Such consultative committee would later transform itself into a monitoring committee to continuously evaluate the implementation of this initiative. He reminded the media that this process should also keep in mind the education of the general public, especially parents to make sure that youths are less influenced by partisan elements. He remarked that KNZ is ready to take this matter forward through all democratic means possible due to the importance of the subject at hand.

Piccinino remarked that the past year was overall positive for youth in Malta through the adoption of Vote16, the lowering of the age of consent to the age of 16 and other legislative changes in the pipeline, namely a change in the Voluntary Organisations Act to allow 16 year olds to actively fully participate in Maltese democracy. He also mentioned that KNZ’s current work in this area includes a mid-term evaluation of the National Youth Policy (2015-2020) and the dissemination and effective implementation of the EU 2018 Youth Goals.

STQARRIJA STAMPA 11.08.2018

Il-KNŻ isejjaħ għal Edukazzjoni Ċivika

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ dalgħodu sejjaħ konferenza stampa barra l-Parlament Malti fil-Belt Valletta u ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jipproponi lill-Gvern Malta sabiex jaċċerta li metodi differenti jiġu studjati sabiex ċittadini, speċjalment żgħażagħ, ikollhom l-għodda sabiex jevalwaw b’mod kritiku ġrajjiet kurrenti permezz ta’ prinċipji demokratiċi.

Il-konferenza stampa ġiet imsejħa f’lejliet il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ u matul din is-sena, it-tema ta’ din l-okkażżjoni hija propju il-kunċett ta’ ‘spazji sikuri’. Il-President tal-KNŻ Michael Piccinino enfasizza li din it-tema għandha tkun trattata permezz tal-edukazzjoni. Hu sostna li din hija opportunita’ biex l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-istakeholders kollha sabiex jiġu diskussi u proposti komponenti ta’ edukazzjoni formali u mhux formali fil-Kurrikulum Nazzjonali. Dan il-pass għandu jindirizza dan in-nuqqas preżenti fis-sistema edukattiva permezz ta’ kumitat konsultattiv. Dan il-kumitat għandu wara jiġi trasformat f’kumitat ta’ moniteraġġ li kontinwament jevalwa l-implimentazzjoni ta’ din l-inizzjattiva. Huwa fakkar li dan il-proċess għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-edukazzjoni tal-pubbliku ingenerali, speċjalment ġenituri sabiex jassigura li ż-żgħażagħ ikunu dejjem inqas influenzati minn elementi partiġġjani. Huwa rrimarka li l-KNŻ huwa lest sabiex jieħu dan is-suġġett ‘il quddiem premezz ta’ metodi demokratiċi possibli minħabba l-importanza ta’ dawn il-fatturi.

Piccinino żied billi qal li l-aħħar sena kienet waħda pjuttost pożittiva għaż-żgħażagħ Maltin bl-introduzzjoni tal-Vot 16, it-tnaqqas tal-eta’ tal-kunsens għall-eta’ ta’ 16 u bidliet leġislattivi li mistennija jseħħu dalwaqt, fosthom bidla fil-liġi tal-għaqdiet volontarji sabiex żgħażagħ ta’ 16-il sena jitħallew jipparteċipaw b’mod sħiħ fid-demokrazija Maltija. Huwa qal ukoll li x-xogħol ta’ KNŻ bħalissa jinkludi evalwazzjoni mid-term ta’ Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (2015-2019) u d-distribuzzjoni u l-implementazzjoni effettiva tal-Youth Goals tal-UE 2018.

Follow Us Social networks