Dalgħodu giet varata l-edizzjoni ta' din is-sena li hi miftuħa għaż-żgħażagħ kollha li jgħixu f'Malta u Għawdex bejn l-etajiet ta' 13-il sena sa 35 sena. Iż-żgħażagħ huma maqsuma f'żewġ gruppi. Dawk ta' bejn t-13 u t-18-il sena jistgħu jagħżlu waħda minn dawn it-temi segwenti:

- il-Midja u l-Ġurnaliżmu f'Malta
- l-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Bini f'Malta
- Vot 16: Edukazzjoni Ċivika.

Dawk ta' 'l fuq minn 19-il sena jistgħu jagħżlu bejn dawn it-temi

- Is-Saħħa Mentali f'Malta
- Ir-Riforma tal-Ligi tal-Prostituzzjoni
- il-Legaliżazzjoni tal-Marijuana

Dawk kollha interessati huma mistiedna jidħlu fuq is-sit tal-Kunsill minn fejn jistgħu jimlew l-applikazzjoni biex b'hekk jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena.

La darba jingħalqu l-applikazzjonijiet, se jkun hemm diversi attivatijiet b'xejn biex iħejju l-parteċipanti għal din l-esperjenza unika fejn huma jkunu jistgħu jagħmlu abbozz relatat mat-tema magħżula minnhom li wara jiddibattuh il-Parlament.

Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ ilu jsir għal dawn l-aħħar snin u dejjem attratta diversi żgħażagħ. Il-Parlament joffri esperjenza unika għal dawk kollha li jixtiequ jaraw u jkunu parteċipi fi preparazzjoni ta' mozzjoni li iktar 'il quddiem wara li ssir is-seduta tiġi preżentata lill-President ta' Repubblika, il-Prim Ministru, u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Facebook Event

Follow Us Social networks